Il-Parrocca ta’ Birzebbuga twaqqfet fid-9 ta’ Settembru 1913, fil-Knisja
tad-Duluri li bhalissa tintuza mill-Museum tas-Subien. Il-kitba fil-faccata ta’
din il-knisja ssemmi li dan il-post gie rrangat f’ forma ta’ knisja
fl-1909. Qabel din il-knisja, kienu jintuzaw knejjes zghar f’ inhawi
differenti tar-rahal fosthom Sant’ Anglu f’ Hal Far u l-Immakulata
Kuncizzjoni f’ Binghisa minn familji u sacerdoti li jinzlu miz-Zurrieq; San
Gorg, San Guzepp u Marija Ghajnuna ta’ l-Insara, lkoll fl-inhawi tal-Bajja
ta’ San Gorg, minn familji u sacerdoti li jinzlu miz-Zejtun u l-inhawi, kif
ukoll il-kappella tas-Sagra Familja fil-qalba ta’ Birzebbuga li kienet
taghmel mal-parrocca tal-Gudja li kienet tintuza minn nies u sacerdoti l-aktar
minn Bormla.
Qabel
ma saret parrocca, il-Knisja tad-Duluri kien jiehu hsiebha Dun Spir Penza minn
Bormla. L-ewwel Kappillan ta’ Birzebbuga mbaghad kien il-Kanonku Dun Karm
Bugelli, minn Bormla wkoll, li serva mill-1913 sal-1922. Bejn l-1922 u l-1924
ma kienx hawn kappillan, izda kien jiehu hsieb il-parrocca, Dun Guzepp Delia
mis-Siggiewi.
Fl-1924
lahaq kappillan gdid Dun Ang Fenech minn Hal-Lija li dam 28 sena Kappillan u
li fi zmienu nbniet il-Knisja ta’ San Pietru fil-Ktajjen.
Il-bini
tal-knisja nbeda f’ Marzu 1926 u c-cerimonja tat-tqeghid tal-ewwel gebla
saret mill-Isqof Mawru Caruana fid-29 t’ Awissu 1926. Il-pjanta tal-Knisja
fuq stil Romanesk saret mill-Perit Godwin Herbert Galizia. Il-Knisja bdiet
tintuza fl-1937 u tlestiet fl-1951. L-ewwel statwa ta’ San Pietru, dik li
llum tinsab wara l-artal, saret f’ Ruma fi zmien dan il-Kappillan jigifieri
fl-1947 u thallset minn Carmelo Asciak.
Bejn
l-1952 u l-1954 kien hemm Kappillan Dun Mikiel Spiteri miz-Zejtun li kien beda
jigbor il-flus u ordna l-artal sabih tal-Knisja li tqieghed f’ postu f’
April 1955.
Dun
Guzepp Minuti minn Bormla kien Kappillan mill-1954 sa l-1978. Fi zmienu saret
l-istatwa l-gdida ta’ San Pietru minn Ferdinand Stuflesser f’ Bolzano l-Italja
fl-1959, kif ukoll is-sett ta’ hames qniepen minn Petit et Fritsen ta’ l-Olanda
fl-1969.
Il-Knisja
Parrokkjali ta’ Birzebbuga kkonsagraha l-Arcisqof ta’ Malta, Mons. Guzeppi
Mercieca fl-14 ta' Mejju 1977.
Kappillani
ohra li servew f’ Birzebbuga kienu Dun Karm Frendo minn Hal-Qormi mil-1978
sakemm miet fit-13 ta’ Gunju 1980, Dun Pawl Buttigieg mill-Marsa li beda
fl-1980 sakemm mar ghall-missjoni fl-Amerika t’ Isfel fl-1990, u Dun Guzepp
M. Farrugia minn Haz-Zabbar, bejn l-1990 u l-ahhar tas-sena 1999. Il-Kappillan
prezenti hu Dun Nikol Pace mis-Siggiewi.
Please press the button to return Home
Back to Home